Iż-żagħżugħ Jamie Cardona rebaħ il-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika, mtella’ minn Festivals Malta, bil-kanzunetta ‘Stajna Konna Aħna’.
Minkejja li ż-żagħżugħ minn Birżebbuġa li għandu 24 sena, huwa wiċċ sinonimu max-xena tat-teatru lokali, kif ukoll dik tar-radju, din kienet l-ewwel darba li huwa esprima l-arti tiegħu permezz tal-kant u l-ewwel darba li kkompeta f’dan il-festival prestiġġjuż li jagħti ħajr lill-ilsien Malti.
Fit-tieni post iklassifikat il-kanzunetta ‘Tiegħek Jien’ tal-kantanta Brooke, filwaqt li segwiet il-kanzunetta ‘Perfett’ ta’ Pamela Bezzina.
Fil-fatt, din l-edizzjoni rat żieda sostanzjali ta’ telespettaturi fuq is-sena li għaddiet – bi 390,000 telespettatur, kif ukoll l-akbar udjenza li qatt kien hemm f’dan il-festival.
Dan il-festival ittella’ fuq tliet ijiem – bl-ewwel serata tinkludi vot ta’ dawk mis-sala.
Dan filwaqt li l-Ġimgħa, ttellgħet il-Lejla tal-Klassiċi, fejn ġew kantati wħud mill-aktar kanzunetti Maltin li huma għal qalb il-poplu Malti. Ewlenin fosthom Tkellimni Xejn ta’ Herman Bonaci, u Tema 79 ta’ Mary Spiteri.
Segwi l-kanzunetta rebbieħa hawn: