Missier it-tifel ta’ tliet snin li miet wara li waqa’ f’pixxina fi Triq il-Kortoll fix-Xagħra Għawdex nhar is-Sibt li għadda, f’messaġġ emmozjonanti fuq il-midja soċjali appella għall-għajnuna mill-pubbliku.
“James tagħna qatt ma qalli papà” – tenna jgħid missieru Joseph, filwaqt li tkellem dwar l-isfidi li jġib miegħu l-awtiżmu; “Min hu ġenitur ta’ xi ħadd bħal dawn l-anġli tagħna, jaf kemm enerġija u paċenzja trid għal magħhom. Jaf ukoll li lil hemm mil-lenti blu jew aħmar, f’Għawdex ma jeżistux servizzi ta’ sensory diet u multi sensory rooms offuti mill-istat (l-isptar). Jaf kemm hu meħtieġ li jkun hawn respite centre għal meta l-għejja tibda tinħass ġmiela. Dawn is-servizzi huma offruti f’Dar Arka.”
Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ James, nhar l-Erbgħa, se ssir ġabra għall-Fondazzjoni Arka li tmexxi l-istess Dar Arka f’Għajnsielem u li ser tkun qed tikkonverti d-dar li kienet ta’ Joe Borg f’residenza speċjalizzata għal min huwa fuq l-ispektru tad-diżabilta u l-awtiżmu. Hawn min qed jgħidli li ma jistax jew ma jiflaħx jiġi għall-funeral ta’ James, u qed jistaqsuni kif jistgħu jagħtu d-donazzjoni tagħhom.
Id-dettalji bankarji tal-Fondazzjoni Arka (Bank of Valletta) huma: MT31VALL22013000000040017808653