James Pearsall se jkun qed jinħatar Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD.
Pearsall beda l-karriera tiegħu fil-Malta Drydocks u kompla għal snin twal fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali mill-ftuħ tal-iskejjel tas-snajja u pparteċipa bis-sħiħ fit-twaqqif tal-MCAST.
Huwa serva bħala President tal-General Workers Unions u minħabba din il-kariga kien ukoll membru fl-MCESD.
Huwa se jkun is-sitt chairperson tal-MCESD u fl-aħħar ta’ Lulju se jkun qed jieħu post John Bencini.
Il-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, awgura li s-Sur James Pearsall għal din il-kariġa l-ġdida u qal li jinsab kovint li huwa ser ikun qed jagħti l-kontribut tiegħu biex id-djalogu soċjali jkompli jissaħħaħ fl-interess tal-ġid komuni.