James huwa żagħżugħ ta’ 22 sena li għandu l-marda terminali ta’ epidormolysis bullosa. Ta’ kuljum, James minflok igawdi ż-żgħożija tiegħu, ikollu jaffaċja realtá kifra li dawn huma l-aħħar jiem ta’ ħajtu. L-unika ħin, li James jinsa’ l-uġigħ u t-tbatija huwa x’ħin ikun qed jieħu r-ritratti.
Huwa esprima x-xewqa tiegħu li jgawdi l-aħħar jiem ta’ ħajtu u li jħalli xi ħaġa warajh.
Kien propju għalhekk li ntalbet l-għajnuna tal-Inġinier Jude Pulles, dan għaliex dan il-ġuvni m’għandux pala tal-idejn u għalhekk isibha diffiċli li juża l-kamera professjonali. Wara tliet xhur dan l-inġinier biddel il-ħolma ta’ dan iż-żagħżugħ f’realtá, hekk kif ħoloq mekkaniżmu li jippermetti lil James li jikkontrolla l-kamera mill-IPAD.
James kien emozzjonat ħafna u esprima l-ferħ tiegħu, li se jkun jista’ jaħrab minn realtá kifra u jgawdi s-sbuħija tal-ħajja mill-lenti ta’ fotografu.