James Galea Jr rebaħ il-kompetizzjoni Steve Azzopardi Trophy li saret fil-Qormi Clay Shooting Club.
Emanuel Bugeja spiċċa fit-tieni post, filwaqt li Ryan Bugeja kellu jikkuntenta bit-tielet post overall.
Il-parteċipanti f’din il-Kompetizzjoni ta’ Trap sparaw fuq 50 plattina ta’ kwalifika segwiti minn rawnd finali ta’ 25 plattina minn tir wieħed biss.
Is-sitt finalisti kienu; CASSAR Abiel u BUGEJA Ryan bl-iskor ta’ 43/50, MALLIA Joseph u BUGEJA Emanuel laqtu 42/50 kull wieħed, ABELA Alan 41/50 u GALEA James Jr kisser 40/50.
Ir-Riżultat finai kien:
1 GALEA James Jr 20/25, shoot-off +0+1
2 BUGEJA Emanuel 20/25, shoot-off +0+0+2
3 BUGEJA Ryan 20/25, shoot-off +0+0+1
4 ABELA Alan 17/25
5 CASSAR Abiel 16/25
6 MALLIA Joseph 14/25
Ir-rebbieħa fil-klassijiet rispettivi tagħhom kienu:
Klassi A
1 BUGEJA Ryan 43/50
2 GALEA James Jr 40/50
3 VELLA Christopher 39/50
Klassi B
1 ABELA Alan 41/50
2 CASSAR Luke 39/50
Klassi C
1 CASSAR Abiel 43/50
2 MALLIA Joseph Jo 42/50
3 BUGEJA Emanuel 42/50
Il-kompetizzjoni li jmiss hija l-MSSF Trap Competition (50/2) li se ssir nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2025 fil- Malta National Shooting Ranges.