Il-Qorti semgħet kif hemm biżejjed provi sabiex in-negozjant James Fenech flimkien mal-erba’ ħaddiema oħra tiegħu jitpoġġew taħt akkuża.
Fenech u l-erba’ ħaddiema tiegħu qed jiġu akkużati bi ksur ta’ sanzjonijiet ristrettivi li hemm fuq il-Libja.
Il-kumpanija ta’ James Fenech, Sovereign Charters bagħtet żewġ dgħajjes fil-Libja mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-bord tal-moniteraġġ tas-sanzjonijiet.
Kien fl-ewwel ta’ Lulju 2019 meta daħlet d-dgħajsa fil-port b’madwar 20 persuna li telqu mil-Libja.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet kif hemm diversi provi sabiex Fenech u l-erba’ ħaddiema jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.
L-investigazzjonijiet f’dan il-każ qed jitmexxew mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit.