YouTube waqqaf id-dħul finanzjarju tal-influencer Amerikan James Charles li kien idaħħal permezz tal-profil tiegħu fuq l-istess pjattaforma.
Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar hu ammetta li bagħat messaġġi b’kontenut sesswali lil żewġt itfal ta’ sittax-il sena.
Charles huwa famuż ferm fost iż-żgħażagħ għall-make-up li jagħmel u kien jagħmel qligħ kbir mill-profil tiegħu hekk kif għandu aktar minn ħamsa u għoxrin miljun segwaċi fuq YouTube.
YouTube kkonferma din l-aħbar mal-BBC, fejn spjega kif waqqaf b’mod temporanju l-qbil li kien hemm, liema qbil kien iwassal għal qligħ finanzjarju.