Jamala, il-Kantanta li fl-2016 rebħet il-Eurovision Song Contest għall-Ukrajna bil-kanzunetta 1944, ser tkun f’pajjiżna fit-8 ta’ Lulju li ġej. Jamala kellha titlaq mill-Ukrajna minħabba l-kunflitt li għaddej bħalissa. Minn dakinhar li telqet mill-Ukrajna, il-kantanta żaret diversi pajjiżi biex twassal messaġġ ta’ paċi.

”ONE LOVE…CELEBRATING PEACE” huwa avveniment fil-miftuħ mtella’ mill-Malta Enterprise. Dan l-avveniment ser jittella’ b’risq l-Ukreni li qed jiġu f’pajjiżna bħala refuġju kif ukoll b’risq skola sekondarja fl-Etijopja għall-memorja ta’ Rebecca Zammit Lupi, it-tfajla li mietet b’kanċer rari fl-eta’ ta’ 15-il sena.
Għal aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment tista’ żżur: https://www.visitmalta.com/…/one-love-celebrating-peace/
Segwi hawn lil Jamala bil-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision fl-2016: