Uffiċjali fl-Istati Uniti qed jallegaw li nqatel suspettat li kien jaħdem il-bombi għall-għaqda terroristika al-Qaeda, Ibrahim al-Asiri.
Il-midja Amerikan qed tallega al-Asiri nqatel b’attakk mill-ajru fil-Yemen. Fost oħrajn, huwa suspetta li kien ħadem bombi għal taħt l-ilma fl-2009, u bombi oħra li nstabu fuq ajruplani fl-2010.
L-istess rapporti qed jgħidu ukoll li erba’ persuni li kienu jaħdmu ma’ al-Asiri nqatlu wkoll.