Fil-Qorti, l-avukati ta’ Yorgen Fenech sostnew li d-dikjarazzjonijiet mid-deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami kisru d-dritt ta’ Fenech għal smigħ ġust.
Huma rreferew għall-allegazzjoni li qal Fenech Adami waqt laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi l-ġimgħa l-oħra, fejn qal li kieku l-proġett tal-Electrogas ma sarx, kieku Caruana Galizia għadha ħajja.
L-avukati ta’ Fenech sostnew ukoll li Fenech Adami rrepeta dawn l-allegazzjonijiet fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, filwaqt li Karol Aquilina rrepeta dan l-argment fuq it-televiżjoni.
Huma qalu li l-kliem ta’ Fenech Adami għandhom iktar piż, għaliex huwa membru fil-Parlament u ċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.
Tennew li l-klijent tagħhom m’huwiex jitlob għall-libertà iżda jixtieq smigħ ġust.