Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan akkuża lill-Gvern tal-Arabja Sawdija bil-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.
F’artiklu fil-ġurnal Washington Post, kiteb li jaf li l-ordni biex jinqatel il-ġurnalist, saret mill-ogħla awtoritajiet tal-Gvern Sawdi. Madanakollu fl-isfond tar-relazzjoni ta’ ħbiberija bejn it-Turkija u l-Arabja Sawdija, żied jgħid li jemmen li r-Re Salman ma kienx involut.
Il-ġurnalist inqatel fil-konsulat Sawdi f’Istanbul ix-xahar li għadda. Għalkemm il-ġisem tiegħu għadu ma nstabx, qed jingħad li ntefa’ fl-aċtu biex ma jitħallewx traċċi.