Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern qed jisraq lill-poplu ħamsa u sebgħin miljun ewro fis-sena bit-tariffi tal-enerġija. Iżda mbagħad qal li ma jafx x’qed jiġri u m’għandux dettalji.
Dawn id-dikjarazzjoni kontraditorji għamilhom f’temp ta’ żewġ minuti meta kien qed jieħu sehem fil-programm Dissett.
Mistoqsi dwar l-argument tiegħu li l-poplu qed iħallas iktar minn kemm suppost għat-tariffi tal-enerġija Busuttil malajr ħareġ b’ċifra.