Jake Vella, li għandu 10 snin se jgħum flimkien mal-coach tat-Thrialothlon Fabio Spiteri se jkunu qed jgħumu mill-gżejjer ta’ San Pawl sa Buġibba, total ta’ 1.7 km.
Dan ħabbruh fuq post fuq Facebook, fejn stqarrew li dan se jagħmlu biex jinġabru donazzjonijiet għall-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.
Jake seraq il-qlub ta’ bosta Maltin. Sfortunatament Jake qiegħed jikkumbatti ma’ kundizzjoni rari bl-isem ta’ ROHHAD.
Filwaqt li Spiteri kien l-ewwel atleta Malti li temm il-kompetizzjoni tat-Triple Ironman.