Ħafna kienu dawk li awguraw lill-atleta tat-triathlon Jake Vella fejqan ta’ malajr. Iżda Jake jinsab lura d-dar u reġa’ beda bit-taħriġ tiegħu.
Jake għandu l-kundizzjoni tar-ROHHAD li hija kundizzjoni rari li twassal li tfal normali jibew iżidu fil-piż u jbatu minn problemi respiratorji. Minkejja dan id-determinazzjoni u r-reżiljenza ta’ Jake tispikka u tiġbed ħafna nies. Dan jidher min-numru ta’ segwaċi li għandu Jake, minn madwar id-dinja.
Il-Ġimgħa Jake ħabbar fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook li rritorna d-dar u t-Tnejn filgħaxija qal li kellu sessjoni ta’ taħriġ fl-għawm ta’ 1.5 KM.
Ritratti: Jake Vella/ Facebook