Il-kandidat tal-għaqda studenteska Pulse, Jake Muscat, ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College (il-KSJC) b’maġġoranza ta’ 472 vot.
Jake Muscat issa se jingħaqad mal-bqija tat-tim li ġie elett awtomatikament il-ġimgħa l-oħra wara li l-għaqda SDM, li hija magħrufa għall-qrubija tagħha lejn il-Partit Nazzjonalista, iddeċiediet li ma tikkontestax din l-elezzjoni.
L-elezzjoni għall-kariga ta’ President saret bejn Cody Parnis, kandidat indipendenti, u Jake Muscat f’isem il-PULSE.
Il-bqija tat-tim, immexxi minn Jake Muscat, jikkonsisti minn Sarah Cachia, Jaelle Abela, Aidan Falzon, Maria Kate Abdilla, Kyle Cachia, Michela Mormina u Jamie Galea.
Il-persentaġġ ta’ studenti li vvutaw f’ din l-elezzjoni kien 56%.
Din hija s-seba’ rebħa konsekuttiva għall-għaqda PULSE.