Iċ-ċkejken Jake Vella ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei wara 25 jum. Dan ifisser li se jqatta’ l-jiem tal-Milied ma’ familtu d-dar.
Jake għandu biss tmien snin u jbati minn kundizzjoni rari bl-isem Rohhad, li jfisser li jżied il-piż b’mod mgħaġġel ħafna minkejja li jsegwi ħajja attiva. Huwa ddaħħal l-ITU fl-aħħar ta’ Novembru li għadda minħabba xi kumplikazzjonijiet fis-saħħa tiegħu.