Il-ligi li tagħti iktar drittijiet ugwali fi żwieġ bejn koppji tal-istess sess għaddiet, iżda warajha ħalliet baħar ta’ nkwiet u qasma fil-Partit Nazzjonalista, li anke dwar din il-kwistjoni mhux maqgħud bħala grupp parlamentari.
Edwin Vassallo spikka għax qam u ddikjara li se jivvota kontra, iżda kien hemm deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista li waqt l-ugwaljanza fiż-żwieġ spikkaw.
Din id-darba għan-nuqqas ta’ preżenza tagħhom.
Id-deputat Claudio Grech li fil-parlament appella għal vot ħieles ma kienx fil-kamra biex jivvota, l-istess bħal ma kienux id-deputati Carm Mifsud Bonnici u Mario Galea li fil-grupp parlamentari nazzjonalista wkoll ma tkellmux favur.
Dan ikompli juri kif din il-liġi kienet waħda li nislet ċertu skumdità fil-Partit Nazzjonalista tant li kien għalhekk li Simon Busuttil m’aċċettax it-talba tal-Prim Ministru li l-vot ikun iddikjarat deputat deputat.
Xi ħaġa li meta mitlub jispjega ċaħadha anke jekk rah jgħamilha kull min segwa l-parlament.
Mistoqsi dwar il-vot ta’ Edwin Vassallo, li mar kontra l-grupp parlamentari, Simon Busuttil qal li wieħed għad irid jara jekk jittieħdux xi passi fil-konfront tiegħu.
U minkejja li Simon Busuttil ta l-impressjoni li jinsab ferm sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Parlament, ma sabx il-ħin jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet li segwew fi Pjazza Kastillja u minflokk bat jirrapreżentah lill-Viċi Kap Nazzjonalista Mario de Marco.