Xufier ta’ vettura jinsab maħrub wara li saq għal fuq grupp ta’ suldati li kienu jinsabu waqt taħriġ qrib il-kwartieri tas-suldati fi FranzaIs-suldati qabżu għal ġol-foss hekk kif raw il-vettura ssuq lejhom f’Varces-Allieres-et-Risset qrib Grenoble.
Bħalissa l-awtoritajiet jinsabu fit-toroq ifittxu lill-aggressur li wettaq dan l-attakk.
Dan l-attakk isegwi ieħor li seħħ fi Franza fit-23 ta’ Marzu meta aggressur żamm ostaġġ numru ta’ persuni fejn mietu erba’ persuni.