Sudaniż ta’ 27 sena ta s-salt u ħarab minn ġol-vettura tal-Pulizija waqt li kien qed ikun eskortat mill-Qorti lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-każ seħħ fil-5:30pm fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija li kien qed jeskortah, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit jinsabu għaddejjin bit-tfittxija għal din il-persuna.