Alex Perici Calascione, teżorier u kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, ma kkommettiex ruħu li jekk kemm -il darba jinstab li l-Partit Nazzjonalista kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti jerfa’ r-responsabbiltà politika.
Perici Calascione kien qed jitkellem quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li qed ikun investigat dwar skema ta’ invoices foloz biex il-partit idaħħal donazzjonijiet kbar li marru f’pagi ta’ uffiċjali għoljin.
Mistoqsi x’jagħmel hu fid-dawl li l-iskema tħaddmet fi żmien li hu kien parti mill-amministrazzjoni qalilna li wieħed jara wara.
Iktar minn hekk Perici Calascione ftaħar li se jkun qed iħalli f’qagħda tajba il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk kulħadd jitkellem dwar id-dejn tal-partit.
Iżda, l-accounts li l-Partit Nazzjonalsita ta tard lill-Kummissjoni Elettorali jixhdu mod ieħor.
Fost oħrajn is-sena li għaddiet il-Partit Nazzjonalista kellu bżonn jiddejjen id-doppju ta’ dak li ddejjen is-sena ta’ qabel biex jiffinanzja l-ħidma tiegħu.
B’hekk id-dejn fuq il-partit u iktar minn hekk il-midja tiegħu baqgħu jiżdiedu. Iżda, Perici Calascione jsostni mod ieħor.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1571359349582482/