Raġel li kien mgħammad u li kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta daħal jisraq f’ħanut li jinsab fi Triq Nazju Ellul fil-Ġżira. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30 tal-Ħadd filgħaxija.
Il-kaxxiera ta’ 18-il sena mill-Gżira, li kienet fil-ħanut dak fil-ħin kienet sfurzata tagħtih il-flus kontanti. Ir-raġel ħarab immedjatament minn fuq il-post.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.