Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, iddeskriva bħala elokwenti l-attakk isteriku li għamel ilbieraħ Beppe Fenech Adami fil-Parlament.
Dan filwaqt li ma wieġeb xejn dwar Jason Azzopardi u r-rapporti tal-Awditur Ġenerali. Anke jekk il-Ministru tal-Ġustizzja reġa’ qajjem il-punt tar-responsabbiltá politika. Il-Ministru Owen Bonnici qal li ladarba kien hem Simon Busuttil kellu jitlob lilu jwieġeb jekk Azzopardi ux se jġorr ir-responsabbiltà.