Impjegat ta’ stabbiliment tal-ikel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti instab ħati li seraq €4000 mill-istabbiliment li kien jaħdem fih. Sid il-ħanut qal li lest li jaħfer lill-impjegat u lest jaċċetta lura s-somma misruqa f’pagament kull xahar fuq perjodu ta’ sentejn.
Fil-Qorti l-impjegat ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih għalekk il-maġistrat Dr Charmaine Galea sabitu ħati tas-serq u poġġietu fuq ordni ta’ probation għal tliet snin. Il-qorti poġġiet lill-imputat fuq ordni ta’ trattament sabiex tgħinu jirrijabilita ruħhu mill-vizzju tad-droga filwaqt li ordnatlu jħallas lura s-somma misruqa fuq perjodu ta’ sentejn.