Xi ħadd għoġbu jagħti n-nar lill-foss ta’ Ħaż-Żabbar. Dan l-att tistgħu tarawh fir-ritratti.
F’Marzu 2016, id-Direttorat tat-Tindif wettaq eżerċizzju qawwi fiż-żona. L-ewwel sar tindif tat-triq li twassal għall-parti t’isfel tal-foss, liema xogħol tlesta kompletament, bl-ammont ta’ skart ġenerat miz-żona jammonta għal 1.7 miljun kilogramma.
Kenet installata camera CCTV u b’hekk ir-rimi ta’ skart b’mod illegali twaqqaf, tista’ tgħid kompletament.
Il-parti t’isfel tal-foss fiha ammont konsiderevoli ta’ skart, li kien mistenni jibda jkun imnaddaf f’Settembru, meta jintemm l-istaġun tas-sajf u l-makkinarju ta’ tindif, li bħalissa qed jintuża fil-bajjiet, ikun jista’ jintuża.
Il-ħruq mal-foss ifisser aktar ħidma, flejjes u dewmien meħtieġa biex il-post jerġa’ jingħata d-dinjità li tistħoqlu.