Russi qed jipprovaw jaħarbu mill-pajjiż biex jevitaw milli jiġu msejħa biex jiġġieldu fil-gwerra fl-Ukrajna.
Fil-fruntiera ġew innutati serbut ta’ karozzi wara li l-President Russu Vladimir Putin ħabbar mobilizzazzjoni militari li jfisser li mat-300,000 raġel se jkunu imsejħa biex jiġġieldu.
Fil-fatt, qed jiġi rrapportat li l-istennija f’dawn il-kjuwijiet fil-fruntieri hija ta’ madwar 12-il siegħa, saħansitra, hemm min qed jagħżel li juża r-rota biex iħaffef aktar.
Il-Ġorġja u l-Finlandja raw żieda ta’ traffiku matul il-lejl li għadda, filwaqt li t-Turkija rat żieda ta’ xiri ta’ biljetti bl-ajru fl-aħħar sigħat.
Il-Ministru għall-Intern Ġermaniża ta x’jifhem illi l-Ġermanja se tkun qed tilqa’ lir-Russi li qed jaħarbu mis-sejħa militari.
Min-naħa l-oħra, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja u r-Republika Ċeka qalu li mhux se jkunu qed jagħtu refuġju lil dawk li qed jaħarbu mir-Russja.
Ritratt: Getty Images