Matul il-lejl li għadda, tlettax-il immigrant ħarbu miċ-ċentru tal-immigranti fil-Marsa. L-immigranti kienu qed jinżammu f’dan iċ-ċentru skont il-proċedura stabbilità sakemm jiġu ċċekkjati fosthom dwar saħħithom.
Fi stqarrija, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Persuni li qed ifittxu kenn qalet li żewġ immigranti oħra ħarbu mill-uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati meta ttieħdu biex japplikaw għall-protezzjoni umanitarja.
L-Aġenzija qalet li minnufih informat lill-Pulizija b’ħamsa minnhom jirritornaw fiċ-ċentru.