Immigrant mill-Ghana jagredixxi membri tal-korp tal-pulizija mis-sezzjoni tal-immigrazzjoni waqt li kienu qegħdin jagħmlu spezzjoni fil-Marsa.
Waqt li l-pulizija bdew jitkellmu mal-immigrant li ġie Malta mill-Italja, beda jagredixxi lill-membri tal-Korp bil-konsegwenza li l-membri tal-korp sofrew xi ġrieħi kif ukoll il-pulizija mara ġarrbet ġrieħi ħfif hekk kif prova jiksrilha idha.
Apparti dan, l-individwu allagatament prova jkisser il-mowbajl tal-pulizija u rreżista l-arrest. L-immigrant għandu jitressaq quddiem il-qorti fiż-żmien li ġej.