Għal żmien il-Milied għadd ta’ ħbieb u qraba għażlu li jferrħu numru ta’ tfal f’ istitut u fl-Isptar Mater Dei.
Dan hekk kif fil-ħin liberu tagħhom, huma libsu lbies relatat ma’ dawn il-jiem ta’ festi u marru jtuhom ir-rigali. L-għan kien li għal mument minnhom inessuhom minn dak li jkunu għaddejjin minnu u jferrħuhom proprju matul dawn il-jiem ta’ għaqda u ferħ.
Permezz ta’ din l-inizjattiva huma jixtiequ jħeġġu aktar persuni jagħmlu l-istess hekk kif l-aktar ħaġa għażiża għall-bniedem hi l-għaqda.