Il-Finali tal-Malta Eurovision se jkun qed isir fit-18 ta’ Frar u b’differenza għas-snin preċedenti din is-sena se jkollna serata waħda ta’ dan il-festival u għalhekk kienu sittax-il parteċipant li ġew magħżula biex jikkompetu.
Din is-sena se nkunu qed naraw aktar tibdil, hekk kif se jkunu t-telespettaturi li se jagħżlu l-kanzunetta favorita tagħhom, kanzunetta li ma tistax tinbidel wara li tiġi magħżula f’din is-serata.
Il-kantant Klinsmann Coleiro se jkun qed jiftaħ il-Malta Eurovision filwaqt li l-kantanta Claudia Faniello se tkun qed tagħlaq is-sigla, hekk kif se tkanta fl-aħħar post.
Fost dawk li għamluha għal Malta Eurovision hemm ir-rebbieħ ta’ Swedish Idol Kevin Borg u Richard Edwards, li irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision tal-2014.
Hemm ukoll numru t’artisti ġodda u oħrajn li rritornaw f’din il-kompetizzjoni.
Il-kanzunetti huma;
1. Bombshell – Maxine Pace
2. Breathlessly – Claudia Faniello
3. Crazy Games – Shauna Vassallo
4. Don’t Look Down – Miriana Conte
5. Fearless – Rhiannon Micallef
6. Fighting to Survive – Cherton Caruana
7. Follow – Kevin Borg
8. Follow me – Franklin Calleja
9. Kewkba – Janice Mangion
10. Laser Light – Klinsmann Coleiro
11. Ray of Light – Raquela Dalli Gonzi
12. Seconds Away – Jade Vella
13. So Simple – Crosswalk
14. Tonight – Deborah C u Josef Tabone
15. Unstoppable – Brooke Borg
16. You – Richard Edwards