Il-Membri Parlamentari Laburisti Josianne Cutajar u Cyrus Engerer taw rendikont tax-xogħol li qed isir fi ħdan il-Parlament Ewropew waqt konferenza tal-aħbarijiet virtwali.
Fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru, l-Ewroparlamentari Josianne Cutajar spjegat li l-istituzzjonijiet Ewropej ser ikunu t’għajnuna għall-istati membri u għamlet enfasi partikolari lejn l-oqsma diversi tal-ekonomija marbuta ma’ dik ċirkolari.
Dan filwaqt li l-ewroparlamentari Cyrus Engerer tkellem dwar kif Malta qed tagħmel bidla radikali fit-trattazzjoni tal-iskart u fuq tema oħra semma kif pajjiżna qed jinsisti mal-Kummissjoni Ewropea dwar possibbiltà tat-tielet doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.