Arkansas għadhom kif taw il-piena kapitali lil Ledell Lee, fejn il-mewt tiegħu qed titqies bħala l-ewwel waħda fl-Istati Uniti fi 12-il sena.
Il-mewt ta’ Lee hi l-ewwel waħda minn għadd ta’ eżekuzzjonijiet li huma mistennija li jsiru wara li l-Qorti Suprema tal-istat biddlet id-deċiżjoni li ħadet il-Qorti li kienet tgħid li twaqqaf l-użu ta’ injezzjoni letali.
Il-mewt ta’ Lee tħabbret fil-23:56 tal-bieraħ filgħaxija, fil-ħabs.
Lee ma għamilx messaġġ tal-aħħaru minflok ingħata l-aħħar ikla li hu xtaq, hu ddeċieda li ssirlu tqarbina.
L-istat ippjana li jwettaq tmien eżekuzzjonijiet fi ħdax-il jum, dan minħabba li l-injezzjoni letali se tkun qed tiskadi fit-30 t’April.