L-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-Piloti (ALPA) wiegħdu li mhumiex se jħasru titjiret anke jekk jaslu li jiddeċiedu li jieħdu azzjoni industrijali fil-konfront tal-Air Malta.
Dan intqal waqt li kienu qed isiru trattazzjonijiet finali dwar it-talba għall-mandat ta’ inibizzjoni li l-linja nazzjonali tal-ajru qed tagħmel fil-konfront tal-ALPA. Dan sar bil-għan li l-Air Malta twaqqaf lill-piloti milli jieħdu azzjoni ta’ strajk.
Ir-rappreżentant tal-Air Malta saħaq li bl-ebda mod ma jridu li jneħħu d-dritt ta’ azzjoni industrijali iżda fakkar fid-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa bil-għan titjieb is-sitwazzjoni tal-istess linja tal-ajru.
L-Imħallef iddefirixxa l-kawża bis-sentenza tingħata darb’oħra.