Qraba taż-żagħżugħ Simon Psaila tawh tislima tal-aħħar fil-post fejn propju ġara l-inċident waqt li kien qed jipprattika dak li kien jieħu gost jagħmel l-izjed: Jogħdos.
Patricia Psaila, qariba taż-żagħżugħ, qalet li dawk l-iktar viċin tiegħu tawh l-aħħar tislima. fil-post fejn tilfuh, “Inħobbuk ħafna għażiż tagħna, ħu ħsieba minn hemm fuq”. Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija qalu ma’ ONE NEWS li l-probabbiltà hi li Psaila miet meta kien qed jagħmel it-taħriġ tal-Apnea, teknika tal-għadds li permezz tagħha żżomm in-nifs.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/09/13/jidher-li-miet-waqt-li-kien-qed-jipprattika-l-apnea-1/