Għal Jum l-Għid, it-tfal tal-Angela House ngħataw ġuġarelli mingħand distributur ewlieni għall-provvisti tal-iskejjel.
Dawn ir-rigali ngħataw lil dawn it-tfal sabiex jiddevertu matul dan iż-żmien tal-pandemija.
Id-direttur ta’ din il-kumpanija, Abraham Pace qal li minkejja dan iż-żmien huwa ħażin għan-negozju, innota kif it-tfal qatt ma jintesew. Pace rringrazzja lis-sorjiet għax-xogħol siewi li jagħmlu ma’ dawn it-tfal.