Michael Borg ta’ 43 sena mill-Pietà inħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li kkawża ġrieħi fuq Uffiċjal ta’ Transport Malta. Jidher li l-akkużat ta daqqa u saħansitra kisser in-nuċċali tal-uffiċjal wara li dan tal-aħħar tah ċitazzjoni.
Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq San Dwardu, il-Birgu. Hawnhekk, Borg ikkawżawlu ġrieħi ħfief u kissirlu n-nuċċali. Borg kien mixli wkoll li m’obdiex l-ordinijiet ta’ Uffiċjal Pubbliku u li kkawża ħsarat fuq ħwejjeġ ħaddieħor.
L-akkużat inħeles mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €800, u garanzija personali ta’ €2,000.
L-avukat Andy Ellul deher għal Transport Malta.