It-tielet persuna nvoluta fi klikka li allegatament kienu nvoluti f’serqa fil-Marsa ix-xahar li għaddha, tressaq il-Qorti wara li ta lilu inifsu lill-pulizija t-Tlieta li ghaddha. Noel Borg ta’ 38 sena minn Birkirkara, li jaħdem fl-industrija tas-sajd, deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
Huwa ġie akkuzat li kien involut f’serqa ta’ bagallja li kien fiha €4,000, fit-22 ta’ Novembru. Is-serqa saret minn Triq is-Serkin il-Marsa.
L-akkuzat wieġeb mhux ħati, u nzamm arrestat.