Fi Florida fl-Istati Uniti żewġ nisa ta’ 34 sena u 44 sena għamluha ta’ anzjani ta’ aktar minn 65 sena biex jitlaqqmu kontra l-COVID-19 qabel ma jkun imisshom.
Jidher li huma kienu ħadu l-ewwel doża, u nqabdu mill-uffiċjali tas-sigurtà meta rritornaw iċ-ċentru tal-vaċċinazzjoni biex jieħdu t-tieni doża.