Lady Gaga, Paul McCartney u Billie Eilish kienu fost il-mitt artist li pparteċipaw f’dan il-kunċert virtwali mis-salott tagħhom, minħabba l-Coronavirus.
Bosta artisti fix-xena internazzjonali tal-mużika ngħaqdu flimkien biex jiċċelebraw u jfaħħru lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa permezz ta’ kunċert globali fuq it-televiżjoni.
Saħansitra anke l-grupp mużikali ta’ fama dinjija, The Rolling Stones, rnexxielhom idoqqu separatament fi djarhom waqt dan il-kunċert.
Dan ix-xow li ttella’ għal tmien sigħat, wera wkoll stejjer personali minn ħajjet il-ħaddiema li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra dan il-virus.