Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel konferenza tal-aħbarijiet li matulha wiegħed li jaħtar il-Kummissarju tal-Pulizija b’żewġ terzi tal-kamra tar-rappreżentanti. Iżda, fl-istess konferenza qal li l-għada li jsir Prim Ministru jaħtar Kummissarju ġdid anke jekk ma jkunx possibbli li jgaħmel dan b’żewġ terzi.
Biex hekk kienet għadha lanqas intemmet il-konferenza tal-aħbarijiet li ma kisirx il-wiegħda tiegħu stess. Għalkemm anke skont l-istess wiegħda mhux bilfors se jaħtar il-Kummissarju b’żewġ terzi għax qal li jekk ma jgħaddilux il-vot mill-ewwel imbagħad jaħtru hu b’maġġoranza sempliċi.