Tfajla li tagħmel it-tpinġija daħlet f’kontroversja wara li pinġiet erba’ tattoos fuq il-qattus tagħha.
Aleksandr, sid il-qattus tat-tip Sphinx minn Yekatrinburg fir-Russja, iddeċieda li jagħtih il-loppju biex ma jħoss xejn waqt il-proċedura u qal lil din l-artista biex tagħmillu erba’ tpinġijiet.
Il-qattus tiegħu issa għandu parti kbira fuq dahru mpinġija fejn fosthom għandu karti tal-logħob, sigarett u oħrajn.
Sid il-qattus qal “Naf li forsi ma kinitx idea tajba iżda din mhux l-ewwel darba li għamel tpinġija u ma jdumx biex ifieq.”