Sudaniż ta’ 19-il sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sentejn wara li ammetta li għamel ħsara fuq ambulanza waqt li kien fis-sakra.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija meta Abdalla Yahya li joqgħod Ħal Far, xorob iżejjed iżda meta tim mediku b’ambulanza wasal għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, iż-żagħżugħ irreaġixxa b’mod aggressiv u hedded l-infermier.
Huwa kkawża aktar minn ħames mitt ewro fi ħsarat fuq l-ambulanza u ġie ordnat iħallas l-ispejjeż.