Illum għalqu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Għal din il-kariga, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomina ta’ Daniel Micallef, li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista.
Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li l-Kummissjoni Elettorali laqgħet ukoll in-nomini għall-karigi ta’ President, Viċi-President, Segretarju Organizzattiv u Segretarju Internazzjonali fi ħdan l-Amministrattiv tal-Partit Laburista:
Għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, tefgħet in-nomina tagħha Ramona Attard.
Għall-kariga ta’ Viċi-President tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu Louis Gatt.
Għall-kariga ta’ Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu William Lewis.
Għall-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu Marc Vella Bonnici.
Il-Partit Laburista temm ifakkar li l-votazzjoni għal Deputat Mexxej se ssir nhar is-Sibt, 25 ta’ Lulju u l-għadd tal-voti jsir dakinhar stess wara li tagħlaq il-votazzjoni.