Il-Pulizija fir-Russa arrestaw mat-tlett elef persuna li kienu qed jieħdu sehem fi protesti f’Moska b’appoġġ lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u kritiku tal-Gvern Russu, Alexei Navalny.
Dan minkejja li l-awtoritajiet Russi għalqu l-istazzjonijiet tal-metro biex jillimitaw in-nies li jattendu għad-dimostrazzjonijiet.
S’issa aktar minn erbat elef persuna ġew arrestati tul din il-ġimgħa waqt dawn il-manifestazzjonijiet.