L-Awtoritajiet tal-kapitali Indjana, New Delhi wkoll kellhom jagħlqu l-iskejjel u l-kulleġġi madwar il-pajjiż wara li gravat is-sitwazzjoni tal-arja maħmuġa fil-pajjiż.
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni wkoll kellhom jitwaqqfu mill-awtoritajiet sal-21 ta’ Novembru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li ħames power stations fil-kapitali li jaħdmu bil-faħam minn total ta’ 11 tħallew jaħdmu.
Din is-sena it-tniġġis fl-arja fl-Indja laħaq sitwazzjoni tant gravi li wasslet lill-Qorti Suprema Indjana sabiex tordna lill-Istat sabiex jaħdem taħt sitwazzjoni t’emerġenza biex jegħleb din il-problema.
Ritratt: Getty Images