Għall-ħabta tal-10:00 tal-bieraħ filgħaxija nstab raġel ta’ 29 sena ferut mal-art fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex fl-Imsida.
Huwa mifhum li żewġt irġiel li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, aggredew lill-vittma, li huwa raġel ta’ 29 sena mill-Eritrea li joqgħod l-Imsida, b’oġġett bil-ponta u wara ħarbu minn fuq il-post.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri u bl-investigazzjonijiet tagħha.