Ftit tal-jiem ilu d-dinja fakkret fost l-agħar avvenimenti fl-istorja: l-olokawst.
Fl-1939, lejliet it-tieni gwerra dinjija, negozjant Ingliż bl-isem ta’ Nicholas Winton għamel xi ħaġa pjuttost inkredibbli. Poġġa ħajtu fil-periklu biex salva xejn inqas minn 669 tifel u tifla Lhudija miċ-Czechoslovakia. Kien jara li jaslu l-Ingilterra b’mod sigur.
Ta’ eroj li hu, qatt ma’ tkellem dwar x’għamel, sakemm għaddew ħamsin sena. Martu sabet ktieb li fih kien hemm l-ismijiet, stampi, u dokumenti tat-tfal kollha li daħħal l-Ingilterra.
Sir Nicholas kien ippremjat diversi drabi, inkluż mir-Reġina tal-Ingilterra, iżda fost l-iktar mumenti li jmissu l-qalb hemm meta kien mistieden fuq programm televiżiv fl-Ingilterra, fl-1988. Hemm, mingħajr ma jaf, dawk kollha li kien biqiegħda ħdejh setgħu jgħidu li huma ħajjin grazzi għalih. Huwa mument li verament iħalli impatt fuq min jarah.