L-emblema nazzjonali li atleta jilbes fuq sidru tista’ ssarraf f’emozjonijiet kbar, fosthom sens ta’ patrijottiżmu. Iżda issa l-insignia tant famuża, bħal ngħidu aħna t-tliet iljun li jirrappreżenaw l-Ingilterra, jistgħu jinbidlu għal kollox, grazzi għal pjan li qed jinħema fi Brussell.
F’mossa kontroversjali għall-aħħar, qed ikun diskuss li l-bandiera safra u blu tal-Unjoni Ewropea tingħata importanza daqs l-emblema tal-pajjiż fuq il-flokk tal-players.
Permezz ta’ dan il-pjan, nazzjonijiet li qed jikkompetu fl-Olimpjadi u t-Tazza tad-Dinja ikollhom jilbsu emblemi Ewropej b’mod prominenti.
Il-pjan għadu fi stadju bikri, iżda ħafna diġà qed isemmgħu leħinhom u jgħidu li dan huwa attentat biex l-identità Ewropea tkun imposta fuq pajjiżi individwali. Il-mossa hija kritikata ferm mill-mezzi tax-xandir Ingliżi, li wara kollox iffirmaw biex jiddivorzjaw minn mal-UE.