Jade Cini hija l-mudella Maltija li qed tirrapreżenta lil pajjiżna waqt Miss Universe ta’ din is-sena li qed isir f’Iżrael. Fost il-ħafna lbiesi li qed tidher bihom Jade, hemm il-kostum Malti.
Kienet il-mudella nnifisha li ħarġet bl-idea ta’ dan il-kostum li jiddiskrivi l-identita’ tagħna bħala pajjiż. Christian u Wendy Caruana ħolqu dan il-kostum biex il-mudella tista’ tippreżentah waqt l-isfilata ta’ Miss Universe 2021.
Il-kostum nazzjonali ta’ Malta għal Miss Universe jirrappreżenta l-festi tradizzjonali li fihom pavaljun miżbugħ bl-idejn li jintuża biex iżejjen t-toroq. Dan il-kostum qed juri xenarji ta’ knejjes u logħob tan-nar li jagħmlu l-festi Maltin attrazzjoni turistika. Il-kostum huwa simbolu tal-istatwa famuża ta’ Malta Rebbieħa. Fuq in-naħa ta’ wara fih skyline tal-Belt Kapitali – Valletta li kienet iddikjarata Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018 u hija wkoll il-belt twelid ta’ Jade Cini.
Tista’ ssegwi l-isfilata ta’ Miss Universe hawn: