Mill-Ġimgħa 6 sal-Ħadd 8 ta’ Ottubru, is-sewwieq tal-Karting Jacob Micallef ikkompeta fil-klassi OK Junior fil-Kampjonat tal-FIA. L-avveniment seħħ fil-Franciacorta Karting Track fi Brescia, l-Italja, u Micallef saq ma’ Ward Racing Team ta Sweden. Micallef beda tmiem il-ġimgħa b’pole position. Wara dan, iffaċċja kompetizzjoni iebsa li poġġietu fis-37 post. Aċċident f’dan il-mument sewa lil Micallef il-post mistħoqq fil-finali. Micallef temm l-avventura tiegħu fid-39 post minn 123 fost l-aqwa sewwieqa tad-dinja li kkompetew fil-Kampjonat tal-FIA Karting, l-ogħla livell tal-karting.
Fi tmiem din il-ġimgħa, l-14 u l-15 ta’ Ottubru, Micallef huwa wieħed mill-14-il sewwieq Malti li ser jikkompetu fir-ROK Superfinal fis-South Garda Karting Track f’Lonato.