L-ex midfielder ta’ Hibernians Jackson Lima qed jinteressa bil-kbir lil Gudja United. Il-Brażiljan huwa liberu wara li ġie rilaxxat minn Hibernians li magħhom lagħab għal dawn l-aħħar tmien staġuni.
Gudja United ser ikunu immexxija minn Josef Mansueto matul l-istaġun li ġej li diġà ħadem flimkien ma’ Lima ma’ Hibernians meta kien jokkuppa l-kariga ta’ assistent kowċ.
Fit-tmiem l-istaġun li għadda Gudja United rebħu l-promozzjoni mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni għal Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara li rebħu d-decider għar-rebħ tal-Kampjonat kontra Santa Lucia.